"Bellavista mill-Ħabs"

Campus FM 103.7 FM

It-Tlieta fit-8:30pm - b'ripetizzjoni l- Ħamis fis-2:30pm (2005)

 
 
 

Adrian Grima jippreżenta d-djarju ta’ Br. Karmenu Duca MC fil-ħabs ta’ Bellavista f’Medellin.

Il-programm jinkludi wkoll intervista ma’ Karmenu u mistednin oħrajn u ħafna mużika Kolombjana.

 
 

Isma' kull wieħed mit-18-il programm ta' "Bellavista mill-Ħabs"

Karmenu Duca - Il-mużika tal-ftuħ - Il-mużika ta' l-għeluq

Il-kontenut tal-programmi - Il-Ġensillum dwar "Bellavista mill-Ħabs"

 
 

Karmenu Duca twieled fl-1965 u trabba Ħal Qormi. Studja fil-Kulleġġ Santu Wistin f’Tal-Pietà u wara fl-Università ta’ Malta minfejn iggradwa bħala għalliem tal-bijoloġija fl-1990. Għallem ix-xjenza ġewwa l-Iskola tas-Snajja’ Umberto Calosso. Mill-1982 sa l-1990 kien attiv fil-Grupp għat-Tielet Dinja. Fl-1990 daħal mal-Missjunarji tal-Karità, kongregazzjoni mwaqqfa minn Madre Tereża, u ħa l-ewwel voti f’Manchester fl-1993. Wara xi snin ġewwa Sqallija, il-Perù u l-Indja, fl-1999 intbagħat il-Kolombja. Fl-1997 ingħata r-responsabbiltà tal-formazzjoni tal-postulanti tal-Brothers Missjunarji tal-Karità fl-Amerika Latina. Bħalissa jinsab il-Gwatemala. (Fir-ritratt: Br. Karmenu Duca MC, fuq ix-xellug, u Adrian Grima)

 
 
 
 

Il-mużika tal-ftuħ hija meħuda mis-silta "Malibú" ta' Máximo Jiménez. Din is-silta dehret fl-album El Indio Sinuano: "Máximo Jiménez's father taught him how to play the accordion, just as his grandfather had taught his father before him . . . So lie the origins of this new release of music passed down from generation to generation. This music is passionate, uplifting and forthright, swirling around the accordion in its midst." Skond Wanderlust, "Máximo Jiménez is a champion of accordion-based vallenato music."

 

Máximo Jimenez was born in Córdoba, a small province in Northern Colombia into a campesino (peasant farming) family and from an early age was working and helping his family. Music was a central part of this life. He is one of Colombia's leading composers and singers of Vallenato and Cumbia music. Dwar Máximo Jiménez idħol, fost l-oħrajn, hawnhekk.
 

Kull programm jagħlaq bis-silta "El Preso" ("Il-Ħabsi") ta' Fruko Y Sus Tesos. "Ernesto Fruko Estrada [in the middle] began his musical career at the age of 15 when he joined the legendary cumbia group, Los Corraleros de Majagual. It was his experience with Los Corraleros back in 1968 that gave Fruko the first opportunity to travel to New York to witness the city's burgeoning salsa scene.

The group Fruko y Sus Tesos began in 1970. Fruko and musical director Mario Pachanga Rincon were working for Colombia's leading record company, and they wanted to create a sound similar to New York' Fania All Stars. Rincon was a veteran of the Colombian music scene, having worked with Pedro Laza, La sonora Dinamita, the Latin Brothers, Los Corraleros de Majagual and others. At the time, Fuentes distributed Fania's titles in Colombia, so Estrada and Rincon listened to the albums of Hector Lavoe, Johnny Pacheco, and Willio Colon religiously, and later went to New York to study their music live.

In the decades since, Fruko y Sus Tesos, along with the king of the Baranquilla carnival Joe Arroyo (Arroyo has earned the carnival's top prize, the "Congo de Oro" eight times) and Grupo Niche have led a salsa scene in Colombia that ranks second to none. Arroyo himself joined Fruko in 1973, with "Piper" Pimienta Diaz and Wilson Manyoma to create a true Colombian equivalent to Fania."

 
     
 
 
 

Inħeġġiġkom ukoll biex tidħlu fil-website ta’ dan l-istazzjon,  http://www.campusfm.um.edu.mt biex tisimgħu l-programm tagħna live jew biex taraw l-iskeda tal-programmi. Biex tibagħtu l-kummenti tagħkom bl-email iktbu lil campusfm@um.edu.mt.

 


Għal CDs ta' mużika mid-dinja kollha żuru l-ħanut tal-kummerċ ġust L-Arka, 306, Triq San Pawl il-Belt, kantuniera mat-triq tal-ganċ, jew ċemplu fuq 2124 4865. Il-Koperattiva Kummerċ Ġust li tmexxi dan il-ħanut bil-voluntiera tagħha timporta s-cds tal-World Music Network u ditti oħra ta' kwalità.


 
 

Bellavista mill-Ħabs

 
 

IL-ĠENSillum b'aċċess esklussiv għal djarju dwar il-ħabs ta' Medellin, il-Kolombja

 

'Wara l-40 vittma tlift il-kont ta' kemm qtilt'

 

"Ilbieraħ fit-tmienja u nofs ta' filgħaxija ħareġ ġuvni mill-ħabs wara li skonta s-sentenza tiegħu. Hu u ħiereġ qatluh fil-bieb. Wara snin sħaħ jistenna l-libertà, isib jistennieh tir. Il-ħajja hawnhekk ma tiswa xejn. Il-Kolombja. Kultura tal-mewt." Hekk jistqarr Bro. Karm Duca fid-djarju li kiteb tul l-esperjenza tiegħu bħala reliġjuż fil-ħabs ta' Bellavista f'Medellin, il-Kolombja u li għalih IL-ĠENSillum ingħatat aċċess esklussiv.

 

Fid-djarju, li għad irid jiġi ppubblikat, dan il-Missjunarju tal-Karità jaqsam l-istejjer ta' orrur li ltaqa' magħhom f'ħabs li jinsab fl-aktar belt vjolenti skond l-istatistiċi internazzjonali: Medellin, il-belt tal-marijuana u ta' l-assassini. Skond il-gazzetta El Colombiano, jekk tisraq tennis shoes, tħares lejn in-nisa ta' ħaddieħor jew timmalafama lil xi ħadd, hemm riskju li joqtluk.

 

Statistiċi internazzjonali juru li fl-2002 biss, 71% ta' l-azzjonijiet vjolenti kollha ġewwa l-Kolombja kienu omiċidji. Minn stħarriġ li għamlet l-Organizzazzjoni Panamerikana tas-Saħħa (OPS) joħroġ li fis-sena 2000 biss, 28,789 persuna mietu b'omiċidju fil-Kolombja, segwiti minn 27,276 li mietu bil-kanċer u 22,399 b'mard tal-qalb.

 

"Il-ħabs ġewwa l-Kolombja huwa l-aħjar mera tal-pajjiż", jikteb Alfredo Molano  - li għal snin sħaħ kien gwardjan fil-ħabs ta' Bellavista - fil-ktieb tiegħu Pena y Cadenas. "Jekk trid tkun taf x'qed jiġri fil-pajjiż, idħol il-ħabs. Bejn erba' ħitan għandek maqfula r-realtà pura u diffiċli tal-pajjiż. Hemm ġew issib il-passat u l-futur tagħna."

 

Bellavista inbena fl-1976 biex jilqa' 1,800 ġuvni. Illum il-ħabsin jammontaw għal 5,000. Sa ftit snin ilu kien hemm aktar minn 6,000 ruħ. Kuljum jidħlu madwar 20 ħabsi ġdid. Il-ħabsin iridu letteralment jixtru żewġ metri kwadri fejn jorqdu, billi jinnegozjaw ma' ħabsin oħrajn. "Il-kiri ta' flat ġewwa Poblado, iż-żona sinjura ta' Medellin, jista' jiswa bejn $4 u $6-il metru kwadru fix-xahar. Fil-ħabs ta' Bellavista, żewġ metri kwadri jiswew bejn $10 u $40 fix-xahar!" Min jaqla' l-inkwiet fil-ħabs diffiċli biex jeħlisha.

 

Molano l-gwardjan jirrakkonta kif "kemm-il darba jduru magħna xi ħabsin waqt li oħrajn ikunu qed joqtlu lil xi ħadd. Iduru magħna jfisser li jkunu qed jgħattuna biex ma naraw xejn. Il-kreattività tal-ħabsi hi enormi. Għandhom ħabta kif isoddu l-katnazzi bis-sulfarini ħalli meta tiġri xi ħaġa nitilfu l-ħin biex niftħuhom. Meta jkunu jridu joqtlu lil xi ħadd idellku l-kanċell bil-ħmieġ uman - sakemm naslu fil-post il-mejjet ikun diġà midfun."

 

"Wara l-40 vittma tlift il-kont ta' kemm qtilt nies", jistqarr Alvaro ma' Brother Karm, li jiddeskrivi lil dan il-ħabsi ta' 30 sena bħala 'kwiet, ġentili, ġeneruż.' "L-ewwel vittma kien ir-raġel li meta Alvaro kien tifel, ried jabbuża minnu sesswalment. Darba minnhom, meta kellu 8 snin, Alvaro mar għand dan ir-raġel jistaqsih għal biċċa ħobż u r-raġel qallu 'Jekk trid biċċa ħobż, trid tinża' l-qalziet.' Flok neża' l-qalziet, Alvaro refa' l-inċident f'qalbu u f'moħħu għal mill-inqas għaxar snin sħaħ, sakemm mar u qatlu," jikteb Bro. Karm.

 

Mistoqsi, f'intervista ma' Adrian Grima f’Jannar ta’ l-2004, dwar il-problema ta' l-AIDS fil-ħabs, Duca wieġeb li "Daqs sena ilu beda jsir screening għall-HIV ġewwa l-ħabs. Bdew f'Patio (Bitħa) numru 4, waħda mill-ikbar ġewwa l-ħabs. Imma wara ftit waqfu. Il-ħabsin stess isostnu li n-numru ta' rġiel infettati kien tant kbir li l-amministrazzjoni inħasdet u waqqfet kollox. Mid-dehra ippreferiet ma tkunx taf milli jkollha tagħmel xi ħaġa għalihom għax it-trattament iqum ħafna flus." Fost l-infettati kien hemm Douglas, li miet bl-AIDS ġewwa l-ħabs. "Kienu jafu li kien qed imut u ma ħallewhx imut id-dar," jikteb Duca.

 

Id-djarju, li fih in-noti mniżżla minn dan ir-reliġjuż bejn Settembru 2001 u l-aħħar xhur ta' l-2003, jirrakkonta diversi stejjer fosthom dik ta' Alonso, 93 sena, li 34 minnhom għaddiehom il-ħabs. Duca jikteb li "ftit jafu li meta Alonso kien adolexxenti ra massakru sħiħ quddiem għajnejh. Il-familja liberali tiegħu sfat vittma ta' erbat irġiel konservattivi, li daħlu fid-dar ta' Alonso u qatlu lil ommu, lil missieru u lit-tliet aħwa żgħar. Alonso skappa, stenna jasal il-lejl, mar fil-bar fejn kien hemm l-erbat irġiel jixorbu u f'kemm trodd salib, qatilhom kollha b'daqqa ta' machete. Spiċċa l-ħabs. Jum fost l-oħrajn iltaqa' ma' l-imħallef li kien tah is-sentenza u qatlu!"

 

Dan mhux każ iżolat. Fid-djarju jissemmew każijiet bħal dak ta' Felipe li, "bħas-Samaritana fl-Evanġelju ta' San Ġwann, għandu seba' nisa u tnax-il tifel u tifla." Felipe, jgħid Duca, għandu warajh 7 omiċidji, 3 serqiet, ribelljoni u kundanna akkumulata ta' 146 sena ħabs. Duca jfakkar ukoll li 90% tal-ħabsin li jingħataw il-libertà jerġgħu jispiċċaw il-ħabs, ħin jew ieħor f'ħajjithom. Isemmi l-każ ta’ soru, ċerta Ana Clara, li kellmitu fuq raġel ta' 64 sena li jinsab fil-ħabs u li stupra lil bintu ta' sitt snin.    

 

Duca spiss jindirizza lil Ġesù matul id-djarju li jirrakkonta l-assistenza tiegħu mal-priġunieri. Spiss jitfaċċaw frażijiet bħal "O Ġesù, Ġesù x'qed nagħmel hawn ġew? Illuminani inti għax waħdi ma nistax nifhem." Wara r-rakkont ta' stejjer bħal ta' Alonso u Alvaro, Duca jikteb kummenti bħal "Ġesù, quddiem storja bħal din ma nafx x'naqbad ngħid."

 

Mistoqsi dwar ir-responsabbiltà tiegħu lejn il-ħabsin, Duca jistqarr li "r-responsabbiltà li nħoss hija kbira kemm mid-dimensjoni spiritwali kif ukoll minn dik umana. X'jiswa li titkellem fuq l-imħabba t'Alla jekk ma turihiex fl-affarijiet iż-żgħar, bħal per eżempju li tieħu sapuna jew toothpaste lil xi ħabsi li l-familja ma tmurx tarah għax toqgod 'il bogħod? Dwar l-aġenda tagħna, iva, insejħulha l-kariżma tal-missjunarji tal-karità - li naraw, inħobbu u nservu lil Kristu fl-ifqar fost il-fqar."

 

Br. Karmenu Duca ser jaqra d-djarju tiegħu f’sensiela ta’ programmi mmexxija minn Adrian Grima bl-isem ta’ “Bellavista mill-Ħabs” li tibda l-ġimgħa d-dieħla fuq Campus FM. Il-programm jixxandar nhar ta’ Tlieta fit-8.30pm, b'repetizzjoni nhar ta’ Ħamis fis-2.30pm. Il-programmi jinkludu wkoll l-intervista li għamillu Adrian Grima, u tagħrif ieħor u mużika mill-Kolombja.

 

Karmenu Duca studja fl-Università ta' Malta minn fejn iggradwa bħala għalliem tal-bijoloġija fl-1990. Mill-1982 sal-1990 kien attiv fil-Grupp għat-Tielet Dinja. Fl-1990 daħal mal-Missjunarji tal-Karità ta' Madre Tereża. Wara xi snin fi Sqallija, l-Perù u l-Indja, fl-1999 intbagħat il-Kolombja. Fl-1997 ingħata r-responsabbiltà tal-formazzjoni tal-postulanti tal-Brothers Missjunarji tal-Karità fl-Amerika Latina.

 

Norbert Bugeja

Is-27 ta’ Mejju, 2004

 

Dan l-artiklu deher f'IL-ĠENSillum tas-Sibt, 29 ta' Mejju, 2004

 
 
 
 

Il-Programmi ta'

 Bellavista mill-Ħabs

 
1.
  • Artiklu ta' Karmenu Duca dwar il-ħajja f'Medellin li kien deher f'Il-Mument 13 ta' Ottubru, 2002. "Ili tliet snin ngħix ġewwa l-Kolombja – sewwa sew ġewwa Medellin – il-Belt ta’ l-Eterna Primavera, u l-aktar belt vjolenti skond statistiċi internazzjonali.  Miniex ser nirrakkonta għalfejn hawn il-gwerra - mhux għax ma jimpurtanix iżda għaliex is-sitwazzjoni tant hi kkumplikata li impossibbli tifhem għaliex. Dak li ser nirrakkonta huwa résumé tal-ħajja tagħna u ta’ ħafna oħrajn ġewwa din il-belt."

  • Silta tradotta għall-Malti minn Karmenu Duca stess minn Pena y Cadenas ta' Alfredo Molano (Editorial Planeta Colombia SA 2004 Bogota), ktieb fuq is-sitwazzjoni tal-ħabsijiet ġewwa l-Kolombja miktub minn gwardjan."Il-ħabs ġewwa l-Kolombja huwa l-aħjar mera tal-pajjiż. Jekk trid tkun taf x'qed jiġri fil-pajjiż, idħol il-ħabs. Bejn erba' ħitan għandek maqfula r-realtà pura u diffiċli tal-pajjiż. Hemm ġew issib il-passat u l-futur tagħna."

2.
  • Br. Karmenu Duca MC jaqra l-introduzzjoni għad-djarju tiegħu f'Bellavista. "Il-ħin ġewwa l-ħabs huwa twil, ma jgħaddi qatt, hemm bżonn li wieħed jagħmel xi ħaġa. Saħansitra r-ritwal li wieħed ipoġġi bilqiegħda jpejjep marijauna huwa mod kif wieħed jgħaddi l-ħin. Ta’ kull xogħol jew studju li ħabsi jagħmel hu intitolat għar-“rebaja”. Jekk jaħdem jew jistudja jew imur il-gym għal xahar sħiħ, inaqqsulu hmistax-il ġurnata ħabs."

  • Tixxandar ukoll l-ewwel parti mill-intervista ta' Adrian Grima ma' Br. Karmenu Duca dwar dan id-djarju. "Ħafna drabi nibda naħseb fil-vittmi u anke huma xi daqqiet isemmuhom, speċjalment meta kienu qatlu nturtament jew meta ħafna drabi lanqas ikunu jafu lil-vittmi huma stess. Niftakar fil-każ ta’ Jairo li wieħed mill-vittmi qalli li kien stranġier u li kien jaħdem mal-fqar. Immaġinajtni minflok il-vittma, stranġier u li naħdem mal-fqar. Inħhoss li lanqas li nista’ nagħmel għall-vittmi hu li npoġġihom fit-talb tiegħi."

  • Silta mużikali ta' Latin Brothers bl-isem ta' "Buscandote." "The Latin Brothers have a reputation for being one of the true greats of salsa music. With their tight musicianship and strong songwriting, they have a habit of uncovering knockout hooks and have produced a string of classic albums." Skond Songlines, "Their unmistakable, bright style involves clean, mostly high-pitched vocals with occasional harmonies, crisp, close arrangements and a tight band with plenty of bright trumpet sound and keen, prominent percussion." L-album "Sobre Las Olas - Best of Latin Brothers" li minnu ħadna "Buscandote," huwa meqjus bħala "an irresistible release"

3.
  • Br. Karmenu Duca MC jaqra l-ewwel parti mid-djarju tiegħu f'Bellavista. "Imbagħad ikkapparrani Edwin. “Hombe, ¿eres nuevo? ¿de dónde sos vos? (Raġel, inti ġdid hawn? Minn fejn inti?) Letteralment fetaħli l-bieb għal Patio nru. 4. Għaddejt nofs ta’ nhar imkaħħal miegħu. Konna qisna id-di u d-do? M’azzardajtx nitilqu. Bħal tifel li ma jazzardax jitlaq ’il missieru dakinhar li neħħewlu t-“trainers” għall-ewwel darba. U għadda l-ewwel jum ġewwa Bellavista. U Alla ra li kollox kien sew. (cf. Ġn.1)"

  • Tixxandar it-tieni parti mill-intervista ta' Adrian Grima ma' Br. Karmenu Duca dwar dan id-djarju. "Kont nidħol darbtejn fil-ġimgħa minn xi d-disgħa ta’ filgħodu sa l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Wieħed mill-għanijiet kien li nsir ħabib tagħhom. Dawn huma żgħażagħ li minħabba r-reati li wettqu s-soċjetà twarrabhom. L-ewwel tipproduċihom u mbagħad twarrabhom. Għalhekk kont nidħol inżur il-ħbieb tiegħi."

  • Silta mużikali ta' La Sonora Dinamita bl-isem ta' "El Africano." Skond MusicHound World: The Essential Album Guide, "Sonora Dinamita is one of the definitive Colombian cumbia groups. Its current version was created in 1975 by Julio Ernesto Estrada Rincon, a.k.a. "Fruko," musical director for the Discos Fuentes label. Fruko was asked by Discos Fuentes to resuscitate the group, which had run its course between 1960 and 1963 playing horn-heavy cumbias. With its moderate tempo and straightforward steps, cumbia — an African-rooted style from the Atlantic coast of Colombia — is the most popular dance throughout Central America and Mexico. For the Sonora Dinamita records Fruko uses mainly members of his own group Frukos y Sus Tesos — Colombia's most popular salsa band and the house band for Discos Fuentes. The dominant characteristics of this new, 10-piece incarnation are the trumpets and the high, girlish female vocal parts. The band has remained popular in Colombia's interior even though cumbia has clearly been challenged by the rural-styled vallenata as the most popular Colombian music. Perhaps this is due to the current Dinamita line-up's own rootsy approach."

4.
  • Br. Karmenu Duca MC jaqra t-tieni parti mid-djarju tiegħu f'Bellavista. "Skoprejt għalfejn ma dahhlunix kmieni. Kien hemm il-famuża “volante.” Il-“volante” m’għandhiex ħin jew ġurnata. F’salt wieħed jidħlu għadd ta’ gwardjani u jagħmlu tfittxija b’reqqa kbira, jew aħjar iqallbu kollox. Kif ifiġġ fil-bieb wiċċ ta’ gwardjan ġdid, jibda jinstema’ l-għajat ta’ “volante, volante, volante.” Ġiri u ġenn sħiħ mill-ħabsin biex ifittxu jaħbu kull ħaġa illeċita fil-pussess tagħhom: skieken, imwies, machetes, pistoli, mobiles, eċċ."

  • Silta minn A Prison Diary. Volume 1: Hell ta' Jeffrey Archer (Pan, London, 2002). "In 2001, Jeffrey Archer was convicted of perjury, arising out of his libel suit against a tabloid newspaper some years earlier, from which he had profited enormously. His conviction occurred as a result of new evidence indicating that there had been a conspiracy, instigated by Archer himself, to 'prove' that he could not possibly have been with a prostitute on the night in question.
    Convicted of perjury and conspiracy to pervert the course of justice, Archer was initially sent to Belmarsh, a high-security jail in London, pending recategorisation to a lower-security prison based on being assessed as low-risk. He spent a period of just over a month in Belmarsh, and this diary - written while in prison - is the result.
    " (Riċensjoni ta' wmr-uk hawnhekk.)

  • Silta mużikali, "La Vieja Sara," mill-album La Casa en el Aire - Tribute to Escalona ta' Canta Bovea Y Sus Vallenatos con Alberto Fernández. "A special recording of Rafael Escalona, performed by Bovea and his band Sus Vallenatos. Skond Preview, "This is a recording of songs once performed by the maestro of vallenato, Rafael Escalona, featuring the distinctive sounds of guitar, vocals and washboard. The useful sleevenotes and evocative photographs are beautifully presented to add a touch of poignancy to the occasion."

5.
  • Br. Karmenu Duca MC jaqra t-tielet parti mid-djarju tiegħu f'Bellavista. "Tití huwa wieħed mill-eluf ta’ tfal u żgħażagħ li jiskappaw mid-dar u jippreferu jgħixu fit-triq minflok id-dar fejn tirrenja l-vjolenza, filwaqt li Fabio huwa żagħżugħ ieħor frott ta’ din il-vjolenza familjari li jaqa’ fid-delinkwenza sakemm jispiċċa l-ħabs. Żewġ ambjenti li jiffrekwentaw ħafna miż-żgħażagħ ta’ Medellin. Ma nafx kemm hu veru, biss kull darba li ssaqsi tifel jew tifla li jgħix fit-triq għala joqgħod fit-triq dejjem jgħidulek “għax ir-raġel ta’ ommi [it-tieni jew it-tielet raġel] isawwatni”. Walter u Wilmar huma temwin ta’ 14-il sena li missierhom ma jafux min hu u ‘l ommhom qatluha quddiemhom (daqs sitt snin ilu) waqt li kienet imdamdma bid-droga. Walter imwaħħal f’bewsa eterna mal-flixkun tas-“sacol” (kolla) u Wilmar, li ma jistax jiżviluppa aktar għax wasal fi xfar l-irdum, ipejjep il-“basuca” (crack), dak li jifdal mill-proċess tal-produzzjoni tal-kokaina wara li jħalltuh ma’ trab u ħmieġ ieħor."

  • Tixxandar it-tielet parti mill-intervista ta' Adrian Grima ma' Br. Karmenu Duca dwar dan id-djarju. "Niftakar meta kont Bogotá kien hemm ġuvni ddrogat mill-barrio tagħna li ta’ kuljum preċett kien jidħlilna fid-dar ta’ l-anzjani tagħna u jisirqilna kulma jsib. Sakemm fl-aħħar qbadnieh. Wara xi xhur, sejħuli biex nidher quddiem l-Imħallef. Maż-żagħżugħ kien hemm id-difensur pubbliku u pprova jimmanipulali l-kuxjenza minħabba s-salib li għandi mwaħħal fuq sidri. Ippruvajt infehemhom li nippreferi jekk b’ordni ta’ l-Imħallef tibgħat f’ċentru tar-rijabilitazzjoni minflok il-ħabs, iżda qaluli li fil-Kolombja m’hemmx din l-opportunità. Wara li domt ħafna ninsisti, l-Imħallef, li kienet mara qaltli: “Aquí se aplica la ley y no la justicia.” (Hawnhekk tapplika l-liġi mhux il-ġustizzja.)"

  • Silta mużikali, "Vuelo En Libelula" ta' Máximo Jiménez mill-album El Indio Sinuano: "Máximo Jiménez's father taught him how to play the accordion, just as his grandfather had taught his father before him . . . So lie the origins of this new release of music passed down from generation to generation. This music is passionate, uplifting and forthright, swirling around the accordion in its midst." Skond Wanderlust, "Máximo Jiménez is a champion of accordion-based vallenato music." Dwar Máximo Jiménez ara, fost l-oħrajn, hawnhekk.

6.
  • Br. Karmenu Duca MC jaqra r-raba' parti mid-djarju tiegħu f'Bellavista. "Meta kont tiela’ d-dar f’tal-linja tela’ ġuvni u poġġa warajja u qalli: Hola Carmelo. M’għaraftux. Kien Maxima. Jismu Fabio u issa huwa wieħed mill-milicianos tal-barrio. Il-milizzja hija grupp ta’ żgħażagħ li ddeċidew li jġiegħlu lin-nies tal-barrios ta’ Medellín iħallsuhom biex jipproteġuhom. Kull nhar ta’ Sibt jibagħtu lit-tfal għand in-nies għall-vacuna. Jekk tifel jinqabad jisraq jew xi ħaġa hekk, iġagħluh jiknes it-toroq bħala servizz għall-komunità. Jekk familja jkollha xi problemi, ngħidu aħna jkollha tifel li jieħu d-droga fil-barrio, jew ma tkunx trid tħallas il-miżata, ituha 24 siegħa biex titlaq mill-barrio. Jekk tibqa’ hemm… Issa erħilha li huma jieħdu d-droga, u jmexxuha. Basta barra l-barrio. Sa ċertu punt hija sistema li rnexxiet, għax fil-barrio mhemmx serq, jew qtil minn nies barranin jew tal-barrio stess. Meta jsir xi qtil aktarx li kulħadd ikun jaf min wettqu. Il-milicianos u l-liġi huma l-istess ħaġa."

  • Tixxandar ir-raba' parti ta' l-intervista ta' Adrian Grima ma' Br. Karmenu Duca dwar dan id-djarju. "Ħafna mill-ħabsin huma vittmi ta’ kriminalità li sofrew meta kienu żgħar. Niftakar f’Gustavo li qatel tifel ta’ tmien snin, u wara skoprejt li kienu qatlulu lil missieru quddiem wiċċu meta hu stess kellu tmien snin. Iva, nemmen li Gustavo huwa vittma, iżda nemmen ukoll li Gustavo (bħal kull persuna oħra) ġie maħluq ħieles u b’kapaċità li jiddeċiedi. Kollha kemm aħna nistgħu nagħtu t-tort lill-ġenituri tagħna li tellgħuna kif tellgħuna, jew lill-għalliema, jew lil tal-mużew, jew liz-zijiet, jew lin-nanniet eċċ, biss issa li għandna l­-eta’ tagħna ma nistgħux inkomplu nwaħħlu f’persuni oħra, għandna responsabbilità li nagħmlu xi haġa b’ħajjitna. Nemmen ukoll li f’kull deċiżjoni tal-ħajja, teżisti dik is-sekonda meta rridu niddeċiedu x’nagħżlu, eżempju jekk nagħmlux it-tajjeb jew il-ħażin, jekk nagħmilx affarijiet li ser inweġġa’ jien stess lili nnifsi jew le, jew jekk inweġġax lil ħaddieħor jew le.

  • Silta mużikali,

El Preso

Fruko Y Sus Tesos

 
Oye, te hablo desde la prision

En el mundo en que yo vivo
Siempre hay cuatro esquinas
Pero entre esquina y esquina
Siempre habrá lo mismo
Para mi no existe el cielo
Ni luna ni estrellas
Para mi no alumbra el sol
Pa’ mi todo es tinieblas

Ay ay ay que negro es mi destino
Ay ay ay todos de mi se alejan
Ay ay ay perdí toda esperanza
Ay a Dios sólo llegan mis quejas

Nuevamente el Fruko!

Condenado para siempre
En esta horrible celda
Donde no llega el cariño
Ni la voz de nadie
Aquí me paso los días
Y la noche entera
Sólo vivo del recuerdo
Eterno de mi madre

Ay ay ay sólo espero que llegue
Ay ay ay el día que la muerte
Ay ay ay me lleve a estar con ella
Ay al fin, ay cambiará a mi suerte

Y sigue el lamento
Para los de villa nueva

Coro:
Ay ay ay que negro es mi destino
Ay ay ay todos de mi se alejan
Ay ay ay perdí toda esperanza
Ay a Dios sólo llegan mis quejas

Ay que sólo estoy
Sólo me espera la muerte
Ay que sólo estoy
Cuando cambiará mi suerte

Voz Hombre triste soledad
Vivir en esta condena
Ya no quiero sufrir más
Te lo digo Magdalena

Ay que sólo estoy
Sólo me espera la muerte
Ay que sólo estoy
Cuando cambiará mi suerte

Compañeros de prisión
Gente de todas las clases
Que no tienen corazón
Y no saben lo que hacen

Sólo con mi pena
Sólo en mi condena
(x2)

Oye fruko solo voy con mis penas
En esta celda, treinta años de condena


adrian@maltaforum.org
     

 Lejn l-Ewwel Paġna