Adrian Grima

 
 

Iċ-Ċensura

jew aħjar, Aktar Mistoqsijiet dwar il-Letteratura

 

 

Id-diskors dwar iċ-ċensura huwa diskors antik ħafna. Hija kwistjoni li fuqha

qatt ma jista’ jkun hemm qbil. Ħafna drabi l-istorja wriet li ċ-ċensuri kellhom tort. Il-ġurija tal-konkors tal-Pronostku Malti ta’ l-1938 ma aċċettatx żewġ poeżiji ta’ Karmenu Vassallo minħabba “qofol ta’ pessimiżmu li ma jistax ikun ta’ fejda lil min jaqraha.” Ma kellhomx dritt jieħdu dik id-deċiżjoni għall-qarrejja ta’ Vassallo, u ż-żmien ta parir differenti.

 

Imma ċ-ċensura, anki min jgħid li hu għal kollox kontrieha, nagħmluha l-ħin

kollu. U Vassallo jfakkarna fit-tema sensittiva ħafna tas-suwiċidju. Għalija

l-kwistjoni ewlenija mhix x’għandek tiċċensura imma x’għandek tikteb. U għal din il-mistoqsija m’għandix ħlief iktar mistoqsijiet.

 

© Adrian Grima

Frar, 2000


 

Lejn l-Ewwel Paġna | Back to First Page