Organizu Haj

Sur Editur,

Il-lingwa hija organizmu haj, mhux muzew ta' l-antikitajiet. Ghaldaqstant ma nistax naqbel mal-kummenti preskrittivi ta' l-ghaqda tal-Malti (It-Torca, tat-30 ta' Awwissu, 1992).

Il-lingwa Maltija hija lingwa hajja u jixirqilha attenzjoni serja mill-esperti fil-qasam tal-lingwa, jigifieri l-lingwisti professjonali. Kif jaf min hu midhla ta' l-istudju xjentifiku tal-Malti, hemm hafna xoghol interessanti u fundamentali li ghad irid isir. Ghaldaqstant nittama li l-ghaqda tal-Malti timpenja ruhha, fost l-ohrajn, f'dan il-qasam essenzjali ghall-gharfien taghna tal-Malti. B'hekk, is-sehem  ta' l-ghaqda favur it-tishih tal-lingwa taghna jkun aktar effettiv u kredibbli. Hafna Maltin li jemmnu li l-lingwa taghna ghandha tinghata l-post ewlieni li jixirqilha xorta jahsbu li l-lingwa Maltija hi lingwa "ppastardjata", u ftit jirrealizzaw li l-lingwi kollha tad-dinja huma "ppastardjati", tlaqqigha u tahlita ta' lingwi u kulturi diversi. Permezz ta' attivitajiet u pubblikazzjonijiet ta' livell, l-ghaqda tal-Malti tista' tghin biex il-Maltin jifhmu li l-Malti m'ghandu xejn inqas minn lingwi ohra.

Dejjem tieghek,

Adrian Grima

 

Din l-ittra kienet dehret f'It-Torca.

 

Ó Adrian Grima

Il-5 ta' Settembru, 1992

 

Lura lejn Artikli Generali - Back to General Articles

Lura lejn L-Ewwel Pagna - Back to First Page