|
|
Din l-iskema utli ħafna mill-website tal-Università ta' Edge Hill,
f'Ormskirk, Lancashire,
fir-Renju Unit, tipproponi "Seba'
Passi għall-Kitba ta' Teżi." Dawk l-istudenti
li jkunu se jagħmlu teżi miegħi jridu jaqraw dawn in-noti u jiddiskutuhom
miegħi qabel ma naslu għall-iskema tax-xogħol innifsu li jwassal
għall-preżentazzjoni tat-teżi. L-unika tibdila importanti minn din l-iskema
proposta mill-Università
ta' Edge Hill
hija l-użu tal-istil tal-MLA fil-kitba tat-test u n-noti fit-teżi.
Għal eżempji aġġornati ta' kif tintuża
s-sistema tal-MLA
(2008) ara, ngħidu aħna,
dan is-sit. Fil-fatt huwa sit
(OWL at Purdue University) utli għal ħafna aspetti tar-riċerka u l-kitba.
Nipproponi tliet riżorsi oħrajn
indispensabbli:
-
Dokument elettroniku:
Writing your Dissertation (University of Southampton)
http://www.studyskills.soton.ac.uk/studyguides/Writing%20Your%20Dissertation.doc
-
Ktieb fil-Librerija (tal-UOM Junior
College, ara l-OPAC):
How to write essays, dissertations and theses in literary studies,
ta' Nigel Fabb u Alan Durant (Londra: Longman, 1993). Paġni xii,
146 p., ISBN 0-582-08977-8.
-
Teżisti verżjoni iktar riċenti ta' dan
il-ktieb: How to Write Essays and Dissertations: A Guide for English
Literature Students ta' Nigel Fabb u Alan Durant (Londra: Longman,
2005). Paġni 184, ISBN-10: 0582784557 / ISBN-13: 9780582784550. Ixtruh
mill-ħwienet tal-kotba f'Malta jew żuru
The Book Depository biex taraw xi paġni mill-ktieb jew tixtruh (ma
tħallsux tal-pustaġġ).
Ninsisti wkoll mal-istudenti li jkunu
qegħdin jagħmlu t-teżi miegħi li l-lingwa tagħhom tkun trid lingwa
akkademika li tixraq lil dan il-qasam u l-livell ta' riċerka u li l-lingwa
m'għandhiex tkun sessista. Għaldaqstant, "il-qarrejja" (fil-plural) u mhux
"il-qarrej;" "il-kittieba" u mhux "l-awtur" jew "il-kittieb" jekk tkun qed
tirreferi għall-kittieba inġenerali.
Ara l-gwida
għall-istil għat-teżijiet magħmulin fi ħdan il-Fakultà
tal-Arti hawnhekk: Dissertation Style Sheet
Normalment it-teżijiet fid-Dipartiment
tal-Malta fil-livell tal-Baċellerat jiġu ppreżentati f'Mejju (fl-aħħar sens
tal-kors tal-Baċellerat bl-Unuri). Għaldaqstant, jien nistenna li l-istudenti
li jkunu qed jagħmlu t-teżi miegħi jimxu ma' din l-iskema ta' xogħol:
Skema tax-xogħol
għall-kitba ta' teżi fil-kors
tal-BA bl-Unuri
Teżi normalment ikollha kapitlu introduttiv
(ħarsa kritika/analitika lejn dak li nkiteb dwar is-suġġett minn ħaddieħor), tliet kapitli li jiffurmaw il-qalba
tar-riċerka, u kapitlu konklużiv. Ikun hemm ukoll biblijografija.
|
Fit-tieni sena |
Xogħol tal-istudenti li jkunu
qed jiktbu t-teżi |
| |
|
|
Marzu |
Diskussjoni dwar is-suġġett tat-teżi li tintrabat ma'
qari ta' testi letterarji Maltin u testi kritiċi u teoriċi miktubin
bil-Malti, bl-Ingliż u possibilment b'lingwi oħrajn, li jsawru jew
"jiffurmaw" il-qari tat-testi letterarji. |
|
April - Mejju |
Kitba ta'
deskrizzjoni ta' paragrafu jew ftit paragrafi tar-riċerka li tkun se
ssir fit-teżi bbażata fuq il-qari li jkun sar. Diskussjoni tal-iskema
tax-xogħol li jwassal għall-preżentazzjoni tat-teżi lesta f'Mejju
tat-tielet sena tal-kors. |
|
Ġunju |
Tfassil
tal-kapitli. Dan il-pjan jista' jinbidel hi u tinkiteb it-teżi iżda
importanti li jkun sar biex l-istudenti (u jien bħala t-tutur) ikollhom
idea tajba ta' kif se jqassmu l-qari u l-kitba tagħhom u liema oqsma
jridu jagħfsu fuqhom l-aktar. |
|
Settembru |
Sottomissjoni
tal-ewwel kapitlu tat-teżi, li mhux bilfors ikun fil-fatt L-Ewwel
kapitlu. Minn hawn 'il quddiem, però, ikun aħjar jekk l-istudenti jimxu
pass pass mal-kapitli tat-teżi. |
| |
|
|
Fit-tielet sena |
Xogħol tal-istudenti li jkunu
qed jiktbu t-teżi |
| |
|
|
Ottubru |
Korrezzjonijiet u tħejjija tal-kapitli l-oħrajn. |
|
Novembru |
Sottomissjoni
tat-tieni kapitlu tat-teżi. |
|
Diċembru |
Korrezzjonijiet u tħejjija tal-kapitli l-oħrajn. |
|
Jannar |
Sottomissjoni
tat-tielet kapitlu tat-teżi. |
|
Frar
|
Korrezzjonijiet u tħejjija tal-kapitli l-oħrajn. |
|
Marzu |
Sottomissjoni
tal-kapitlu introduttiv u konklussiv |
|
April |
Korrezzjonijiet tal-aħħar |
|
Mejju |
Preżentazzjoni tat-teżi |
| |
|
Għal aktar tagħrif:
Ara r-Regoli
tal-korsijiet tal-BA u l-MA fl-Università ta' Malta
|